Raġel miet u mara fil-periklu wara li siġra waqgħet fuq il-karozza tagħhom fl-Mrieħel

Għall-ħabta tas-6.30 ta’ daghlodu, siġra waqgħet fuq il-karozza fl-Mrieħel bil-konsegwenza li raġel miet u mara tinsab fil-periklu tal-mewt.

Bħalissa it-triq tinsab magħluqa għat-traffiku waqt li fuq il-post gew imsejħa numru ta’ ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili fejn ħargu lill-vittmi mill-vettura u tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Ritratt: Galaxy Arkivji

Comments

comments