Miller, eks plejer ta’ Manchester United miet fl-età ta’ 36 sena

L-eks plejer ta’ Manchester United Liam Miller miet fl-età ta’ 36 sena wara battalja bil-kanċer tal-frixa.

Miller, li lagħab 21 darba għar-Repubblika ta’ l-Irlanda bejn l-2004 u l-2009, ġie djanjostikat bil-kanċer is-sena li għaddiet u minn dak iż-żmien kien għadda minn trattament fl-Istati Uniti u l-Irlanda.

Miller għamel id-debutt professjonali tiegħu għall-Celtic fis sena 2000 wara li daħal fil-klassijiet taż-żgħażagħ f’Parkhead u għenhom jirbħu t-titlu tal-Premiership Skoċċiż fl-2004.
Huwa ingħaqad ma’ Manchester United u għamel 22 dehra taħt it-tmexxija ta’Sir Alex Ferguson f’żewġ staġuni.

Comments

comments