Ħanut fil-Mosta fuq il-Midja Internazzjonali

Ħanut tal-karozzi fil-Mosta spiċċa fuq il-Midja Internazzjonali.

Is-sit Amerikan cardaddiction.com u The Sun qed jirrapportaw kif allegatament in-negozju għalaq fit-tmiem tad-disgħinijiet meta kumpaniji rivali bdew jimportaw karozzi Ġappuniż u s-sidien iddeċidew li jagħlqu minflok jiġġieldu l-kompetizzjoni l-ġdida.

Fost il-firxa ta’ karozzi klassiċi Subaru abbandunati fil-ħanut magħluq hemm, il-mudell bikri Impreza u Subaru XT Turbo ta’ l-1987, b’din ta’ l-aħħar jista’ jkun li hi l-unika waħda li baqa’ ġdida fid-dinja.

Minkejja li m’hemm l-ebda valutazzjoni uffiċjali għall din il-vettura li għanda il-fuq min 30 sena, jkun ġust li wieħed jistenna li din iġġib għexieren ta’ eluf ta’ euro f’irkant mal-kolletturi ta’ Subaru.

Comments

comments