Daqshekk tfajliet ‘Sexy’ waqt il-Furmula Wieħed

Il-Furmula Wieħed neħħiet il-mudelli tfajliet tradizzjonali ftit jiem wara li darts ħabbru li kienu ħadu l-istess deċiżjoni.

Rapporti qed jgħidu li il-mudelli ‘sexy’ li għal għexieren ta’ snin konna narawhom waqt it-tiġrijiet tal-karozzi issa ser jispiċċaw.

Is-sidien tal-Formula One qalu li kienu qed iħarsu lejn modi ġodda kif l-isport jinġieb f’linja ma’ oħrajn f’termini ta’ ugwaljanza, u Ross Brawn, direttur maniġerjali tal-F1, qal f’Diċembru li l-użu tal mudelli kien “taħt reviżjoni b’saħħitha”.

Sean Bratches, direttur maniġerjali ta’ l-operazzjonijiet kummerċjali fil-Formula Wieħed, stqarr li l-bidla kienet aktar konformi mal-ippjanar fit-tul tal-isport.

Il-Korporazzjoni tad-Darts Professjonali il-ġimgħa li għaddiet ukoll iddeċidiet li ttemm il-prattika stabbilita fit-tul tan-nisa li jeskortaw il-plejers.

Comments

comments