Arrestat it-Taljan li allegatament spara fix-Xemxija

Damiano Alfio Rannisi Torrisi, it-Taljan ta’ 39 sena li kien imfittex b’rabta ma’ sparatura li seħħet ix-xahar li għadda fix-Xemxija ġie arrestat mill-pulizija tad-distrett tal-Qawra u tar-Rapid Intervention Unit.

Torrisi kien arrestat waqt rejd mill-pulizija li għamlu f’garaxx konvertit f’appartament fil-Mellieħa.

Jidher li t-Taljan kien qed jipprepara biex jaħrab min Malta wara li instabu bagalji bil-ħwejjeġ ippakkjati lesti.

Rapporti qed jgħidu li huwa irreżista l-arrerest filwaqt li iż-żewġt Taljani l-oħra li jien hemm miegħu ikkoperaw mal-pulizija.

Ritratt: Pulizija ta’ Malta

Comments

comments