San Gejtanu joħroġ tlett darbiet fit-toroq Ħamruniżi mill-llum sa nhar il-Ħadd

Il-Ħamruniżi jinsabu ħerqana biex mil-lejla jaraw lil-patrun Sangejtanu jdur fit-toroq tagħhom fl-okkażjoni tal-500 sena mid-dehra mistika.

Hu mifhum li id-dehra mistika kienet seħħet fil-lejl tal-24 ta’ Diċembru tal-1517 fil-Knisja ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma.

Biex tiġi ċelebrata il-500 sena minn meta l-Madonna dehret lil San Gejtanu, Illum fis-6 ta filgħaxija ser issir traslazzjoni bir-relikwa ta’ San Gejtanu fil-kappella ta’ Santu Nuzzu għal-knisja parrokkjali ta’ San Gejtanu biex wara jibda il-pellegrinaġġ bl-istatwa titulari għal knisja parrokkjali tal-kunċizzjoni fil-Ħamrun stess fejn din tirritorna lura fil-knisja ta’ San Gejtanu il-ġimgħa fis-7 ta’ filgħaxija.

Il-Ħadd 7 ta’Jannar fid-9:15 ta’ filgħodu jkun hemm purċissjoni bl-istatwa Titulari ta’ San Gejtanu mill-knisja parrokkjali ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun. Il-purċissjoni tgħaddi mill-istess toroq tal-Festa ta’ Awwissu. Fis-6 ta filgħaxija ikun hemm Quddiesa Solenni mmexxija mill-Ġeneral ta’ l-Ordni tal-Kjerici Regolari (Teatini) il-wisq Rev.du Padre Salvador Rodea Gonzalez C. R.

Ritratt: Radio Galaxy Network

Comments

comments