Ġlieda waqt funeral fi Gwardamangia

Żewġt aħwa kellhom argument sħun eżatt qabel bdiet il-quddiesa tal-funeral ta’ ommhom, b’wieħed minnhom spiċċa ttieħed l-isptar b’ambulanza wara li ġarrab xi ġrieħi f’siequ.

Persuni preżenti qalu li fuq il-post inqalgħet kommossjoni sħiħa, hekk kif l-aħwa ġew fl-idejn fejn anke isejjħu Pulizija mir-Rapid Intervention Unit biex jikkalmaw is-sitwazzjoni.

Il-każ seħħ it-tlieta għall-ħabta tad-9.15 ta’ filgħodu fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ Fatima fi Gwardamanġa, Il-funeral tkompla kif ippjanat, bid-differenza li wieħed mil l-aħwa spiċċa l-isptar flok il-Quddiesa.

Comments

comments