Mariah Carey idaħħal miljuni ta’ kull sena bil-Kanzunetta All I want for Christmas

Mariah Carey ħadet biss 15 il-minuta biex kitbet il-kanzunetta klassika tal-Milied, All I want for Christmas is you, li permezz tagħha idaħħal miljuni kull sena.

Oriġinarjament rilaxxata fl-1994, il-kanzunetta pop festiva malajr saret klassika tal-Milied, u illum 23 sena wara hija akbar minn qatt qabel. Din il-ġimgħa daħlet fl-US Billboard Hot 100 top 10 filwaqt li fir-Renju Unit, tinsab fil-post numru ħamsa.

The Economist qed jirrapporta li sa din is-sena, All I Want For Christmas is You daħħlet aktar minn € 55 miljun f’rimedji għal Carey li jammontaw għal minn €2miljuni u nofs fis-sena mill-ħrug tagħha fis-sena 1994.

Comments

comments