L-alkoħol tradizzjonali jista’ jispiċċa fi-żmien 20 sena

Xjentist magħruf qal li l-alkoħol sintetiku imsejjaħ alcosynth jista’ jissostitwixxi l-alkoħol reali fi żmien 10 jew 20 sena biss.

Il-Professur David Nutt, eks konsulent tad-drogi tal-gvern ta’ Imperial College London, qal li l-likur magħmul mill-bniedem se jkollu l-istess effett fuqna iżda mhux se jagħmel ħsara lis-saħħa tagħna.

Huwa jemmen ukoll li s-sigaretti u t-tabakk se jinbidlu bis-sħiħ mis-sigaretti elettroniċi.
Il-Professur Nutt qal lil International Business Times UK: “F’10 jew 20 sena oħra, is-soċjetajiet tal-Punent mhux se jixorbu l-alkoħol ħlief f’okkażjonijiet rari.

Alcosynth se jsir ix-xarba ppreferuta, bl-istess mod li nista’ nara li fi żmien għaxar snin it-tabakk u s-sigaretti jisparixxu peress li huma ser ikunu sostitwiti b’sigurtà elettronika.

Alcosynth jingħad li jagħtik l-effetti sekondarji pjaċevoli tal-alkoħol, bħall-lubrikazzjoni soċjali, mingħajr ma jagħmel ħsara lill-korpi tagħna.

Il-Professur Nutt u l-impriża tiegħu Alcarelle bħalissa qed jagħmlu offerti għal investiment ta’ 12-il miljun dollaru Amerikan biex iġibu alkoħol b’kaloriji baxxi, mingħajr sriedaq u sintetiku għal swieq Brittaniċi, tal-Istati Uniti, tal-UE u dawk Kanadiżi.

Comments

comments