Inizjattiva ta’ żewġt tfajliet biex jinġabar ikel għal l-annimali

Żewġt tfajliet li għandhom għall qalbhom l-annimali ħarġu bl-ideja biex f’dawn il-ġranet tal-festi jiġbru kemm jista’ jkun ikel ta’ l-annimali.

L-aħwa Rebecca u Wendy Bianchi min Bormla bdew b’din l-inizjattiva sentejn ilu fl-iskola St Margaret Collage ta l-Isla, fejn irnexxielhom jiġbru ammont ta ikel ingħata lil Anglu ta’ Ħaż- Żabbar kif ukoll lil Cat Sanctuary tal-Birgu.

Din is-sena l-aħwa Bianchi ħasbu li imorru fuq skala akbar u bil-kollaborazzjoni ta Radio Galaxy semmew din l-inizjattiva bħala Hope for Paws Malta, fejn għall- darbohra sabu l-appoġġ tal-head ta’ l-iskola St Margaret Collage ta l-Isla, is-sinjura Anna Napier.

Dawk li f’dawn il-ġranet tal-festi jixtiequ jkunu ta għajnuna għall- l-annimali b’għotja ta ikel, jistgħu jagħmlu kuntatt ma Hope for Paws Malta fuq il-paġna ta’ Facebook li ġiet varata illum, www.facebook.com/hopeforpawsmalta

Comments

comments