Esebizzjoni fuq is-sess fil-Belt Valletta

What’s Your Flavour? Hija esebizzjoni artistika dwar is-sess u l-pornografija li ser tkun qed tittella’ fil-Belt Valletta fi tmiem din il-ġimgħa.

L-esebizzjoni ser tkun differenti mhux biss għax ix-xogħol esibit hu varjat, imma għaliex anki is-setting ta’ l-esebizzjoni, hu kemmxejn differenti minn kull esebizzjoni li issir ġewwa Gallery jew Mużew.

L-artisti Lonkirkop, Hannah Galea u Serah Stringer ma’ kellhom xejn xi jżommhom lura, għalhekk esploraw din it-tema mingħajr ebda ċensura, biss ix-xogħol ta’ kwalità xorta jista’ jqajjem diskussjoni u anki xi naqra ta kontroversja.

Jekk int lest għal dak kollu li dawn l-artisti għandhom x’joffru, nissugerilek li tingħaqad magħhom ġewwa The Splendid, fi triq id-dejqa il-belt Valletta, però jekk jitkaża, nissugerilek biex ma tmurx.

Dettalji ta’ l-esebizzjoni
Isem: What’s Your Flavour?
Post: The Splendid, triq id-dejqa, Valletta.
Artisti: Lonkirkop, Hannah Galea u Serah Stringer
Data u Ħin: Il-Ġimgħa l-ewwel ta’ Diċembru mis-19.30 il-quddiem, Sibt u mid-09.00 sal-17.00

Comments

comments