Beyonce bi dħul ta’ 105 miljun dollaru Amerikan f’din is-sena

Beyonce hija l-aktar kantanta femminili mħallsa tas-sena 2017 bi dħul ta 105 miljun dollaru Amerikan, skond Forbes.

Din is-sena Beyonce kellha s-sitt numru 1 tagħha bil-Lemonade u wettqet Formation World Tour waqt li ħadet ħin liberu fis-sajf biex ikollha tewmin Rumi u Sir f’Ġunju.

Imbagħad fuq il-lista hemm Adele li daħħlet $ 69 miljun u Taylor Swift li din is-sena daħħlet $44 miljun.

Dawn iċ-ċifri juri kemm l-industrija tal-mużika u divertiment għada b’saħħitha minkejja li l-internet qed jaħmilha aktar faċli għall-piraterija.

Ritratt: UPI

Comments

comments