Kantanta Arrestata għax kielet Banana b’mod seduċenti

Kantanta tal-mużika pop ġiet arrestata wara li ħarġet il-vidjo tal-mużika l-aktar reċenti tagħha, li fih tidher bil-ħwejjeġ ta’ taħt tiekol banana b’mod seduċenti.

L-artista tal-mużika Eġizzjana, magħrufa bħala Shyma, qajjmet kontroversja f’pajjiżha tant li ġiet arrestata.

F’post fuq Facebook, Shyma skużat ruħha għall-video, u ammettiet li hija ma stennietx din ir-reazzjoni kontriha.

“Ma kontx naħseb li ħa jiġri dan kollu u li nkun suġġett għal attakk tant qawwi minn kulħadd”

Comments

comments