FILMAT: Ma nitgħallmu qatt!

Kmieni s-Sibt filgħodu għall-ħabta tas-6:20am, trakk mimli ġebel goff kien qed jivvjaġġa mil-Marsa b’periklu għall-dawk kollha li kienu fit-triq.

Il-Filmat li wasal għand Galaxy105.net juri it-trakk li kien qed jivvjaġġa lejn id-direzzjoni ta’ triq Aldo Moro, mimli daqs bajda b’ġebel goff mikxuf li faċilment setgħu jaqaw partijiet minnhom fit-triq jew fuq vetturi oħra li kienu għaddejjin.

Sewwieq li nzerta wara it-trakk qalgħilna li l-ġebel goff u terrapien seta’ kien ta’ periklu għall-vetturi oħra għax kien faċli li jaqgħu partijiet minnu speċjalment f’xi telgħa.

Il-Filmat kien meħud mas-sebħ u għall-daqstant hu xi ftit mudlam.

Comments

comments