Raġel jinqatel u ieħor jindarab gravi fi sparatura f’Ħ’Attard

Għall-ħabta tas-6.20pm sehhet sparatura fi Triq l-Imdina Ħ’Attard li ħalliet ragel mejjet u ieħor midrub gravi.

Raymond Grima s-sid tal-ħanut indarab gravi u qed jiġi operat waqt li l-vittma għadha mhix identifikata.

Bħalissa għaddejja tfittxija intensiva mill-Pulizija għall-persuna suspettata li ħarbet lejn id-direzzjoni tar-Rabat.

Kull min għandu xi informazzjoni jista’ jċempel anke b’mod anonimu fuq 119.

Comments

comments