Tazza tad-Dinja mingħajr l-Italja għall-ewwel darba f’60 sena

Italja, rebbieħa ta’ tazza tad-dinja erba’ darbiet se jkollhom jaraw il-kampjonati mid-dar fis-sajf li ġej wara lejl mill-iktar umiljanti fl-istorja glorjuża tagħhom.

Din kienet l-ewwel darba li Italja ma waslitx sal-finali sa mill-1958.

Minkejja ħafna pussess u dominju, rari kienu ta’ theddid għall-Isvediżi li kienu qed igawdu gowl vantaġġ fir-rebħa ta’ nhar il-Ġimgħa.

Fi tmiem il-partita Gianluigi Buffon irtira b’mod uffiċjali mit-tim Nazzjonali Taljan waqt li skuża ruħu mal-poplu Taljan għall din id-disfatta.

Ritratt: EPA

Comments

comments