Galaxy jniedi l-istazzjonijiet tal-Milied u tal-Eurovision

In-network ta’ Radio Galaxy kompliet tissaħħaħ b’żewġt stazzjonijiet diġitali oħra, Galaxy Christmas u Galaxy Eurovision.

Għat-tieni sena konsekuttiva, Galaxy Christmas channel ħa jkun qed jinstema’ wkoll fi triq il-kbira San Ġużepp u fit- toroq tal-madwar fil-Ħamrun bħala parti mill-Ħamrun Christmas Shopping b’kollaborazzjoni bejn Radio Galaxy u l-kunsill lokali Ħamrun.

B’dawn iż-żewġt channels ġodda, il-katina ta’ channels diġitali ta’ Galaxy issa laħqet it-22 stazzjon li kollha kemm huma jistgħu jinstemgħu min kull fejn hemm aċċess għall-internet.

Meta tkellem ma dan is-sit, id-direttur ta’ Radio Galaxy Network is-sur Manuel Chircop qal “hekk kif aktar ma jgħaddi żmien, id-dinja sejra aktar fuq in-naħa diġitali, il-viżjoni ta’ Galaxy hi li jibqa’ joffri l-aktar għażla varjata lis-semmiegħa b’għadd kbir ta’ stazzjonijiet diġitali, dan hu li jagħmilna differenti”.

GĦAFAS HAWN għall-lista kompluta ta’ stazzjonijiet ta Galaxy

Comments

comments