Ristorant joffri skont ibbażat fuq id-daqs tas-sider

Il-persuna tal-mara tintuża f’ħafna promozzjonijiet biss qatt ħadd ma għaddielu min moħħu li mara tista’ tingħata skont ibbażat fuq id-daqs tas-sider tagħha.

Ristorant fil-provinċja ta’ Zhejiang fiċ-Ċina, ħareġ bl-ideja li joffri skontijiet għan-nisa bbażat fuq id-daqs tas-sider tagħhom u biex iħajjar aktar nies iżuru r-ristorant.

Jidher però li din l-ideja qajjmet kontroversja fost ir-residenti tal-lokal li akkużaw lis-sidien tar-ristorant b’sessiżmu u kien għalhekk li din il-promozzjoni waqqfet qabel biss daħlet fis-seħħ.

Comments

comments