Juventus jiċċelebraw il-120 anniversarju u ħa jilgħabu bil-flok retro ispirat min Notts County

Juventus li hu meqjus bħala wieħed mill-akbar klabbs fl-Ewropa, twieled minn grupp ta’ studenti li ltaqgħu fuq bank fiċ-ċentru ta’ Turin fis-sena 1897.

Il-klabb Taljan qed jiċċelebra l-120 anniversarju tagħhom fit-tmien il-ġimgħa u f’film ta’ festa, mibgħut fuq il-paġni tal-midja soċjali tagħhom, jiddikjaraw li l-iswed u l-abjad huma l-kuluri tagħhom u Turin hija l-belt tagħhom.

Biex jiċċelebraw il-ġurnata radikali tagħhom, il-ġganti Taljani se jilbsu flok retro, ispirat mill-klabb Ingliż ibbażat f’Nottingham, fil konfront mis-serje A kontra Benevento nhar is-Sibt.

Il-klabb adotta l-istrixxi mill-Kontea ta’ Notts County.

Min naħa tagħhom il-klabb Ingliż ta’ Notts County ukoll bagħtu l-awgurji lil-tagħhom Juventus fl-okkażjoni tal-120 anniversarju.

Ritratt:JuventusStore

Comments

comments