FILMAT: Fatati fi skola

Filmati strambi juru affarijiet jiċċaqalqu min allegat fatati f’kuritur ta’ skola.

Il-filmat li ġie rreġistrat nhar il-Ħamis 26 ta ‘Ottubru, eżatt wara l-5.30 ta’ filgħodu, hu meħud min CCTV ta l-iskola Deerpark CBS fl-Irlanda.

Siġġijiet jiċċaqalqu u boards jinqalghu min mal-ħajt huma fost l-affarijiet strambi li dehru fil-filmat.

Din hija it-tieni darba fi spazju ta’ ftit ġimghat li din l-iskola partikolari kienet fl-aħbarijiet minħabba allegat spirti jew fatati li tingħhas il-preżenza tagħhom fiha.

Hekk kif il-filmat beda jixxerred fuq il-midja soċjali kien hemm min ikkummenta li dan huwa ingann waqt li oħrajn sostnew li dak li deher huwa xihaga sopra-naturali.

Ritratt: Youtube/Deerpark

Comments

comments