Eluf jattendu għall-Festival taċ-ċikkulata fil-Ħamrun

Is-sibt filgħaxija eluf ta’ Maltin u turisti ħonqu l-Ħamrun għall-festival taċ-ċikkulata.

Sa min tard wara nofsinhar ammont kbir ta’ nies bdew jinġabru fil Ħamrun għal dan l-avveniment annwali li ilu jsir għal dawn l-ahhar 9 snin.

It-tema’ prinċipali din is-sena kienet l-arloġġi fejn kien hemm ħafna arloġġi magħmulin miċ-ċikkulata mill- l-artist Andrew Farrugia.

Apparti attrazzjonijiet biċ-ċikkulata, kien hemm ukoll kunċerti tal-banda, scouts, drama, għana, arti u diversi kantanti u gruppi popolari f’serata mmexxija mil-preżentatur ta’ Radio Galaxy, Manuel Chircop.

Meta tkellem ma’ Galaxy105.net, is-sindku tal-Ħamrun is-sur Christian Sammut qal li dak li rajna fil-festival kien ir-riżultat ta’ ħafna ħidma u irringrazzja wkoll lil kunsilliera u lil dawk kollha li b’xi mod kienu ta’ għajnuna. Dan is-sit ħa l-kummenti wkoll tal-kunsillier is-sur Efrem Buttigieg, fejn dan qal li l-organizzazzjoni kienet warda stupenda u bħala kunsill minnufih ħa jibdew il-ħidma għal l-edizzjoni tas-sena dieħla li ħa tkun qed tikkommemora l-10 anniversarju ta dan il-Festival.

Ritratti: Mark Mangion

Comments

comments