Il-virus ‘Black Death’ jista’ jinfirex mad-Dinja faċilment

Twissija li l-virus ‘Black Death’ jista’ faċilment jinfirex mad-dinja.

Il-virus li qatel terz tal-popolazzjoni Ewropea fis-sekli 13 u 14 f’waħda mill-pandemiji l-aktar devastanti fl-istorja tal-bniedem, reġa’ tfaċċat fil-Madagaskar u s’issa ħalla 124 persuna mejta u aktar min 1,300 infettati.

It-tifqigħa hija meqjusa bħala theddida kbira għax ħadet il-forma pnewmonika, li jfisser li hija fl-arja u tinfirex bl-għatis u s-sogħla.

Ġew maħruġa twissijiet għal pajjiżi li jdawwru l-Madagaskar fost il-biżgħat li l-marda tista’ tinfirex permezz tal-kummerċ tal-baħar u r-rotot tat-titjiriet.

Comments

comments