Tfajla tmut wara li ttajjret min karozza sportiva fil-Gżira

Tfajla ta’ madwar 30 sena miż-Żurrieq tilfet ħajjitha traġikament il-Ħamis filgħaxija f’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.

It-tfajla ttajjret minn karozza sportiva misjuqa min raġel ta’ 40 sena mis-Swieqi.

Fi triq mal-art kien hemm sinjali twal li ħallew warajhom il-marki tat-tyres tal-vettura li spiċċatgarrbet ħsarat estensivi bl-impatt mat-tfajla.

Il-vittma tilfet ħajjitha ftit tal-ħin wara li waslet l-Isptar Mater Dei min ambulanza li ssejħet fuq il-post.

Comments

comments