In-nirien f’Kalifornija resqin lejn Disneyland

Il-park tad-Divertiment Disneyland, jinsab f’paniku wara li irmied min nirien f’Kalifornja qed jinżel fir-resort.

L-inħawi devastanti tan-nirien li qed jiddisturbaw lill-Kalifornia qajjmu l-biżgħat li Disneyland se tingħalaq wara li viżitaturi raw is-smewwiet mimlija dħaħen fuq il-resort.

Uħud mill-mistednin saħansitra qalu li l-irmied qed jaqa’ fuq ir-resort li jinsab biss madwar 10 mili il-bogħod min-nirien li s’issa qerdu ammont kbir ta’ art.

Mill-inqas għaxar persuni huma rrappurtati mejta, madwar 100 midruba u mill-inqas 1,500 djar u negozji diġà ġew meqruda kawża tan-nirien imsemmija.

Ritratti: JUNIOR OLIVAS/INSTAGRAM & AP

Comments

comments