Il-pornografija tikkawża virus f’miljuni ta’ kompjuters

Dawk li jaraw il-pornografija ġew imħeġġa biex jiċċekkjaw il-kompjuters tagħhom immedjatament wara li miljuni kienu infettati minn virus imsejjaħ Kovter.

Riċerkaturi mid-ditta ta’ teknoloġija Proofpoint qalu li l-viżitaturi fil-websajt popolari ħafna PornHub qed jiġu mqarrqa biex iniżżlu fajls li mbagħad jinfettaw il-kompjuter tagħhom

L-utenti l-ewwel jintwerew paġni foloz li joffru aġġornamenti għal softwer bħal Google Chrome jew Firefox.

Imma meta jniżżlu dawn l-aġġornamenti u jiftħuhom, is-sistemi tagħhom jiġu infettati mill-virus Kovter.

Comments

comments