Possibbiltà li l-Korea ta’ Fuq tispara missila nukleari ILLUM

L-uffiċjali tas-CIA u l-Ġeneral Amerikan qed jibżgħu li l-istat diżonest jista’ jispara bomba nukleari oħra – jew għallinqas iniedi missila oħra.

Il-Korea ta’ Fuq ilha siekta mill-15 ta’ Settembru, l-aħħar li Kim spara missila fuq il-Ġappun.

Minn dakinhar, it-tensjonijiet laħqu “livelli perikolużi”, qed isostnu l-esperti
Pyongyang hija lesta biex tiċċelebra t-twaqqif tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea – ir-reġim ta’ tmexxija ta’ Kim – b’ċelebrazzjoni nazzjonali illum 10 ta ‘Ottubru.

Dan se jkun mill-5.30pm il-quddiem hin ta’ Malta.

Kim jittestja l-armi nukleari bħal “logħob tan-nar f’kull festa”, għalhekk x’aktarx id-dinja se tara test ieħor mill-Korea ta’ Fuq.

Comments

comments