Gowl stupend ta’ Agius jwassal lil Malta għall l-ewwel punt miksub

It-tim Nazzjonali Malti kellhu wirja impresjonanti li wasslet għall l-ewwel punt miksub f’partita minn Grupp F għat-Tazza tad-Dinja Russja 2018.

Fit-23 minuta Malta jmorru min fuq b’gowl stupend ta’ Andrei Agius, fejn wara li rċieva l-ballun kważi f’nos grawnd, javvanza ftit passi u b’xutt mill l-isbaħ jegħleb lil Emilijus Zubas.

Fit-53 minuta Litwanja jġibu d-draw b’gowl ta’ Vykintas Slivka.

Din kienet il-partita ta’ qabel tal-aħħar ta’ Pietro Ghedin fit-tmexxija tat-team nazzjonali.

Ritratt: MFA.com.mt

Comments

comments