Torqod, u kif tqum issib lil binha ta’ ftit Jiem mejjet ħdejha

Omm ħarġet twissija lil ġenituri oħra biex ipoġġu t-trabi fil-kerrikots tagħhom stess, wara li tilfet lil binha.

Lauren Jordan ta’ 23 sena qalet li wara ġurnata twila ta’ xogħol tad-dar, ħadet lit-tifel tagħha Harrison mill-kerrikot tiegħu u intefgħet fuq is-sodda biex toqgħod tfessdu, hija kellha l-intenzjoni li tirritornah fil-kerrikot.

Wara ġurnata impenjata, l-Omm aċċidentalment marret għajnejha biha u kif qamet ftit sigħat wara issib it-tarbija mejta ħdejha.

Fl-inkjesta, l-Omm qalet li kif qamet indunat li t-tarbija ma bdietx tieħu nifs u kellu lewn differenti, hija kompliet billi qalet li binha ma’ kienx sħun – iżda ma kienx kiesaħ.

Ritratti: BPM

Comments

comments