Serqa armata f’Tignè Point tħalli żewġt persuni feruti

Salesman u ħaddiem tas-sigurtà indarbu f’serqa armata minn ħanut f’Tignè Point, Tas-Sliema.

Il-kas seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’dalgħodu minn ħanut tal-ġojjellerija, fejn ħallelin mgħammda u bil-parrokka, kissru diversi vetrini u serqu l-ġojjellerija li kien hemm fihom.

Tlett irġiel li kienu qed joqgħodu f’lukanda fil-Gżira, qed jiġu mfittxija mil-pulizija, waqt li infermiera ta’ l-ambulanza offrew l-ewwel għajnuna lill-ħaddiema midruba.

Fuq il-każ infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Neville Camilleri.

Comments

comments