L-eks Nazzjonali Taljan, Zaccardo ma’ Ħamrun Spartans

Ħamrun Spartans komplew isaħħu l-iskwadra tagħhom bl-akkwist importanti Christian Zaccardo.

Zaccardo kien fl-iskwadra Taljana rebbieħa ta’ Tazza tad-Dinja 2006, fejn b’kollox bil-flokk ta’ l-Azzuri lagħab 17 il-darba.

Tul il-karriera tiegħu Zaccardo lagħab Bolognia, Palermo, Parma, AC Milan u mal-Ġermaniżi Wolfsburg.

L-4 ta’ Ottubru qed titqies bħala ġurnata importanti fil-klabb Ħamruniż u dan għall fatt li apparti l-akkwist ta’ Zaccardo, Tlett plejers oħra, Lydon Micallef, Daniel Zerafa u Siraj Eddin ġew imsejħa fl-iskwadra ta’ tim Nazzjonali Malti, waqt li it-tim ta’ taħt is-17 il-sena rebaħ id-decider għall- Sezzjoni A, kontra ir-rivali Pieta.

 

Hamrun Spartans U17 – Decider Winners

Ritratti: Facebook/Hamrun Spartans

Comments

comments