Ajruplani militari ta l-RAF jeskortaw ajruplan ta’ Ryanair

Żewġt ajruplani militari ta’ l-RAF ġew mitluba biex jeskortaw ajruplan ta’ Ryanair lejn l-Ajruport ta’ Stansted wara twissija ta’ sigurtà, li hemm possibbiltà li kienet “ingann”.

It-titjira minn Kaunas fil-Litwanja għal Luton f’Londra ġiet devjata lejn l’ajruport ta’ ‘Stansted f’Londra stess wara li awtoritajiet Litwani rċevew informazzjoni.

It-titjiriet kienu temporanjament wieqfa u r-runway ingħalqet għal ħin qasir wara’ li l-ajruplan niżel l-art b’mod sikur għall- ħabta ta’ 8.55am.

Ritratti mpoġġija fuq il-midja soċjali wrew pulizija armata, waqt li l-passiġġieri kienu ħerġin mill-ajruplan.

Korrespondent tad-Difiża ta’ l-ajru, Alistair Bunkall, qal: “Żewġ ajruplani RAF Typhoon, Skortjaw titjira ta’ Ryanair lejn Stansted.

“Stansted huwa wieħed mill-ajruporti li jigu magħżula meta jkun hemm problema fl-ajru.

Comments

comments