Michael Douglas sema’ l-kant ta’ l-anġli meta kważi miet mgħarraq

L-attur Michael Douglas lighandu 73 sena, stqarr li ra dawl abjad misterjuż u paċifiku u sema’ l-kant ta’ l-anġli meta kważi għereq fl-oċean, waqt li kien student ta’ Santa Barbara fl-Università ta’ California, fis-sittinijiet.

Jien kont smajt il-kant ta’ l-anġli, rajt dawl abjad u mbagħad rilassazzjoni kif kont viċin il-mewt” qal Douglas, meta tkellem waqt li kienqed jippromwovi r-remake ta’ Flatliners, li pproduċa huwa stess.

Minkejja l-kanzunetti ta’ l-anġli u dawl tas-sema, Douglas, li għeleb l-kanċer fl-2010, qal li “ma nemminx li hemm hajja oħra wara din il-hajja“.

Imma jien naħseb li għandna mekkaniżmu fil-moħħ tagħna li tieħu f’idejha u tagħmilha aktar faċli li taċċetta dak inevitabbli matul il-proċess ta ‘mewt“, żied jgħid Douglas.

Comments

comments