FILMAT: Joqtol żewġt nisa waqt li jgħajjat “Allahu Akbar”

Żewġt nisa nqatlu min raġel armat b’sikkina fl-istazzjon tal-ferrovija ta ‘Saint Charles f’Marsilja fi-Franza.

Il-Pulizija Franċiża, sparat u qatlet lil l-allegat aggressur.

Skond sors tal-pulizija, l-attakkant għajjat “Allahu Akbar”, waqt l-imbark fuq il-passiġġieri.

Oliver de Mazieres, uffiċjal lokali kkonferma li “żewġ persuni nqattlu”.

Sorsi tal-pulizija jsostnu li l-inċident x’aktarx hu attakk terroristiku, għalkemm dan għad irid jiġi kkonfermat.

Il-Ministru ta’ l-Intern Franċiż, Gerard Collomb, ħabbar fuq Twitter li ħa jżur il-post ta’ l-inċident f’Marsilja.

Ritratti: AP
Filmat: Sky News

Comments

comments