Barċellona fi-grawnd vojt

F’Jum ta’ vjolenza u brutalità tal-pulizija fit-toroq tal-Katalonja, il-klabb ta’ Barċellona ħa d-deċiżjoni li jilgħab bil-bibien magħluqa.

Bħalissa f’Barċellona hemm protesti u ġlied qalil bejn il-katalani u l-pulizija Spanjola, wara li l-awtoritajiet Spanjoli qed jipprovaw iwaqqfu ir-referendum għall l-indipendenza ta’ Katalonja, b’rapporti qed jgħidu li kienu midruba aktar min 400 persuna.

Aktar kmieni fil-ġurnata, Pique tefa’ l-vot tiegħu f’votazzjoni ta’ referendum li ma ġiex rikonoxxut mill-gvern Spanjol.

Madanakollu l-ġganti Katalani poġġew din il-ġurnata ta’ konfużjoni sħiħa warajhom b’rebħa ta’ rutina ta’ 3-0 fuq Las Palmas.

Comments

comments