L-eks ta’ Jim Carrey ħalliet nota li huwa esponiha għall- kokaina qabel wettqet suwiċidju

F’nota li għadha kemm ġiet skoperta li kitbet sentejn qabel ma ħadet il-ħajja tagħha stess, l-ex tfajla ta ‘Jim Carrey akkużat lill-attur li kien hu li esponiha għal ħajja kokaina u l-prostituzzjoni.

In-nota kienet miktuba minn Catriona White fit-8 ta’ April 2013, fuq l-iPad tagħha. Mhuwiex magħruf jekk qatt bagħtitx lil Carrey qabel ma’ wettqet suwiċidju fit-28 ta ‘Settembru, 2015

In-nota ġiet skoperta mill avukati li qed jaħdmu f’isem il-familja tagħha fil-kawża kontra Carrey li għandu 55 sena. Huma qed jgħidu li taha l-pilloli biex toqtol lilha nfisha.

L-istilla ta’ Hollywood ċaħad l-akkuża tagħhom li kkawża l-mewt tagħha u qal minflok li ddeċidiet li tieħu l-ħajja tagħha stess għax ħassitha ħatja li telqet lilhu sentejn qabel u li kienet imħassba dwar messaġġ li ommha kienet bagħtet ġimgħatejn qabel ma mietet.

Comments

comments