Riżultati ta’ l-eżamijiet tas-Sec u Matsec għadhom ma’ waslux

Hekk kif min nhar it-tnejn li gej, ħafna studenti tal-post sekondarja ħa jibdew sena’ skolastika ġdida, riżultati ta’ l-eżamijiet tas-Sec u Matsec għadhom ma’ waslux u dan qed ikun ta inkonvenjent kbir għall l-istudenti msemmija.

Kienu diversi studenti sfustrati li għamlu kuntatt ma’ Galaxy105.net u dan wara li fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ l-Università ta’ Malta inkiteb li ir-riżultati ħa jaslu madwar is-Sibt 30 ta’ Settembru, dan ifisser li diversi kandidati ta’ l-eżamijiet għadhom qas biss jafu fejn ħa jirrapportaw skola fi ftit aktar min 24 siegħa wara.

Ħafna mill-kandidati qalulna dan huwa inġust li qed jitħallew b’qalbhom imtertqha.
Meta tkellimna mad-dipartiment ta’ l-edukazzjoni, qablulna li ir-riżultati għadhom mhux lesti u kollox jiddependi mil board ta l-eżaminaturi tal-Matsec.

Comments

comments