Diversi persuni midruba f’attakk ieħor f’Londra

Tmien persuni kienu midruba f’attakk ieħor tal-massa fil-lvant ta’ Londra.

Il-Kas seħħ is-Sibt għall ħabta ta’ 8 pm, fejn l-aggressuri bdew jitfgħu likwidu li hemm possibbiltà li huwa aċidu fuq persuni li kienu viċin ċentru tax-xiri.

Il-Pulizija Britannika qalet li s’issa għad m’hemmx konferma li l-attakk seta’ kellu x’jaqsam mat-terroriżmu.

Ritratti: PA

Comments

comments