Il-Birra tnaqqas ir-riskju ta’ puplesija

Normalment il-birra hija rinomata li tkabbar iż-żaqq u ftit konna naħsbu li din tista’ tkun tajba għas- saħħa tagħna.

Studju li sar fuq ‘80,000 adult mill l-Università tal-Istat ta’ Pennsylvania sab pinta jew tnejn kuljum tista’ tgħin biex tnaqqas ir-riskju li jkollok puplesija jew tiżviluppa mard tal-qalb.

Riċerka oħra, imwettqa fost adulti Ċiniżi, skopriet konsum moderat ta’ alkoħol kuljum (li jinkludi birra) jgħin biex itejjeblek lipoproteina ta’ densità għolja (HDL), jew kolesterol “tajjeb”.

Mir-riċerki kompla joħroġ li birra skura bħall ma hija il-Guinness, jistgħu jrażżnu r-rati ta’ attakk tal-qalb billi jnaqqsu r-riskju ta’ aterosklerożi (arterji mlaqqma) bin-nofs.

Minkejja li jidher li il-birra tista’ tkun tajba għas-saħħa, wieħed irrid dejjem jixrob bil-galbu għax meta jkun hemm abbuż, il-konsegwenzi jistgħu jkunu koroh.

Comments

comments