Ir-Reazzjoni ta’ Colin Pace wara’ l-mixja fil-Marsa

Il-Ħadd filgħodu saret mixja b-solidarjetà fit-toroq tal-Marsa, liema mixja għaliha attendew għadd ġmielu ta-persuni.

Ma’ Galaxy105.net tkellem Colin Pace, wieħed mil-membri oriġinali Marsi, u tagħna raġunijiet tiegħu għalfejn ma’ attendiex.

Din hija l-istqarrija kif intbagħtet lilna mis-sur Pace innifsu.

Ir-reazzjoni tiegħi wara l-mixja tal-Marsa.
L-involviment tiegħi beda wara li rcevejt telefonata fejn wiehed staqsa jekk kontx interessat li niltaqa ‘ma’ grupp ta ‘nies li xtaqu li jgħinu fis-sitwazzjoni fil-Marsa.
Jien aċċettajt minnufih li niltaqa’ u staqsejt fejn.Ma kellix idea li l-post kien fabbrika ta wiehed mill- membri tal-Moviment patrijotti maltin.F’din il-laqgha skoprejt li r-raprezentanti ta’ dan l-istess partit kienu kollha preżenti. Issuġġerew protesta, waqt li spjegaw x’wieħed għandu jaghmel u x’ghandu jsir!

Jien inhsadt u b’siġġu wieħed disponibbli madwar din il- mejda ta’ l-injam kbira li normalment tintuża biex jinqata’ il-ħġieġ jien poggejt u bdejt naghmel l-oġġezzjonijiet tiegħi.

Jien malajr indirizzajt il-grupp tal-Marsa u bdejt nagħti l-opinjonijiet tiegħi, PROTESTA ? Zgur li LE u issuggerejt li ghandna nsejhulha MIXJA u spjegajt li ahna ha nkunu qed nappellaw ghall-għajnuna bl-imħabba u s-solidarjetà li huwa titlu aħjar.
F’dan l-istadju mhux ha nsemmi ismijiet, imma wiehed mill- membri tal – moviment kien qed jiehu n- noti u jispjega kif ha jordna lill – gvern b’dati marbuta , waqt li ohrajn bdew jiddiskutu fuq permessi, filmati , kartelluni , tabelli u materjal iehor ta reklamar .
Wiehed mill –membri ta dan il moviment mill – ewwel innota li jien kont ha nkun ta problema u staqsieni direttament jekk kontx lest niehu ir – responsabilita wahdi biex napplika ghall- permess filwaqt li offrieli li huma jistghu japplikaw ghall – permess bhala NGO’s f’isem il Marsin u mhux bhala partit politiku.

Din kienet xi haga barra mill- kapacitajiet tieghi u irrispondejt li din irridu nidhaddtuha bejn il grupp tal Marsa u wara naghtu id decizzjoni taghna . Tlaqna minn din il laqgha bi qbil li qabel ma jkollna l- permessi mehtiega , ma nirriklamawx din il – mixja u nahdmu biex niskopru kif nistghu norganizzaw din il mixja b’mod legali.

Ġiet maħluqa paġna ta ‘grupp fuq Facebook u l-avveniment sar pubbliku, dan kien il-bidu tal-firda tal-ewwel grupp oriġinali tal-Marsin li rriżulta li mhux il-membri kollha kienu mill-Marsa.

Id-differenza kienet li jien kont qed nuża kliem umli bhal per eżempju TAMA li riedu li tinbidel għal AHNA HAQQNA U AHNA NORDNAW. Waqt li l-hin kien ghaddej indunajna li wiehed mill- membri taghna kellu konnessjoni ma dan l- istess moviment estrem , meta beda jirrakonta li kien hu li hareg bl- ideja biex imur jaghti l – ilma lill dak il grupp estremist li ma thalliex jidhol Malta bil – lanca . Malajr beda jikkuntatjaghna wiehed wiehed b’telefonati personali u irnexxielu jikkonvinci l- unika Mara li kien hemm fil grupp Marsi . Wara dan , il kumplament tal grupp gie imblukkat u thalla bla lehen minn fuq il- pagna tal mixja b’solidarjeta.

Din l- istess mara li tkellmet fl-ahhar tal mixja ,kienet imgielgha biex tapplika ghall- permess u tiehu ir – responsabilta waheda.

IVA id diskors ta l-gheluq kien eccelenti , imma nixtieq insaqsi minn fejn gie dan il kliem ? Dan kien gej mil patrijotti ? jew kien gej mil kitbiet tieghi minn fuq il pagna MARSA MALTA RESIDENTS li ghandu access ghaliha kulhadd u setghaw gew wkoll mill kitbiet tieghi fuq il pagna tal mixja li gew ikancellati .

Meta ahna gejna imblukkati u bla vuci ma kelliex triq ohra hlief li jien u Marsi iehor imorru ghand l-awtoritajiet . Hawn fejn ahna kellna nispjegaw nuru provi u fatti waqt li l-awtoritajiet semawna b’reqqa shieha . Ahna ghawnhekk hassejna li ghamilna l-ghazla it- tajba u gejna trattati b’rispett kbir u nixtieq inzied li fl-ebda mument ma gejna ipressati biex nipruvaw inwaqqfu il- Mixja.

Sa l-ahhar minuta jiena bqajt niprova nipperswadi lill din il-mara tal grupp originali biex tigi maghna ghand l-awtoritajiet , izda ma rnexxiliex ghax probabbli il- wegaght u is sofferenzi ghamluha dghajfa u ghazlet in naha il haziena ta dak l-uniku membru originali li jiftahar li hu membru ma dan il moviment estrem .

Qabel ma din il mixja giet introdotta kelli l-opinjonijiet tieghi ta kif il-kunsill lokali kien qed jirejagixxi ghall dak li kien qed jigri fil-Marsa . Din l-esperjenza ghinietni nifhem kemm huma iddedikati is sindku tal Marsa Francis Debono u il Vici Josef Azzopardi ,fejn kienu huma li poggew l- interess tar- residenti u is –sigurta bhala prijorita. Min hawn nixtieq nirringrazzja lis- sindku u il vici sindku li taghwni din l-oppotunita biex niskopri dan kollu .
Is sinjura Julie Ellul li applikat ghall permess tal mixja u indirizzat il- folla u li esperjenzat sofferenzi kbar minn hawn nikkumpatija ghax nemmen li kienet qed tigi uzata , meta jiena naf li kellha intenzjonijiet tajba ghall lokalita taghna . Jien nilqaghha b’ idi miftuha u ninsa dak kollu li gara ghax inhoss li hi wahda minnha u mux minnhom . Jien wkoll naf x’igifieri meta tigi attakat personalment ghax ghanki jien esperjenzajtu dan , sahansitra sa’ghanki mara mill- gharb ghawdex attakatni fuq din is sitwazzjoni.

Il- banner principali li intuza fil-mixja taghat importanza lil Malta u mhux kif suppost kellha tkun , tal Marsa. Jien kburi li jien Malti u b’unur inxejjer il bandiera ta Malta pero’ pretendejt li ghalmenu ikun hem imqarr bandiera wahda tal Marsa. Zommu f’mohhkom li ir-residenti tal Marsa ma kienux infurmati peress li ahna konna bla vuci . Jien nixtieq nghid li kburi li in nies tal – Marsa ma waqghux fin nasba ta dan il moviment lemin estrem.
Mela ejja niehdu pass lura u nahsbuwha sew qabel ma nikkumentaw u nappella biex ninaghqdu ma l-ufficjali li jinkludu NGO’s , komunitajiet barranin, ufficjali tal-gvern, membri parlamentari, kunsilli lokali, u tal media biex inpoggu bilqghieda kollha flimkien u nibdew nahdmu biex insibu l-ahjar soluzzjonijiet .

Naghlaq billi nghid li il-Marsa taghna ghandha futur sabih mhux b’mertu tieghi imma b’dak li esperjenzajt u smajt dawn l-ahhar jiem.

Inselli ghalikom
Colin Pace

Comments

comments