Selena Gomez tingħata kilwa

Il-kantanta u attriċi, Selena Gomez, ingħatat kilwa mingħand il-ħabibha tagħha Francia Raisa.

Hi ħabbret dan b’ messaġġ emozzjonali fuq is-sit soċjali Instagram fejn fuq l-istess messaġġ tellgħet ritratt ma’ ħabibtha, ħdejn xulxin fuq is-sodda fl-isptar.

Gomez ma qalet lil ħadd b’din l-operazzjoni maġġura li għamlet u kien propju il-Ħamis li ħarġet din l-aħbar waqt li stqarret li għamlet sajf sħih tirkupra mil l-operazzjoni li għandha x’taqsam mal-kundizzjoni li tbati minnha, bl-isem ta’ Lupus.

Comments

comments