Tingħata €1000 tips għax temmen f’Alla

Wejtress kellha is-sorpriża ta ħajjitha wara li koppja ħallithielha madwar €1000 tips għax wieġbet għall- mistoqsija li għamlulha.

Normalment, ħaddiema fi ħwienet ta l-ikel ikollhom mistoqsijiet dwar il-menu tal post, biss wejtress min New Jersey kellha mistoqsija partikolari min koppja li kienet qed isservi.

Brianna Siegel kienet qeda taħdem u il-koppja staqsietha, “Temmen f’Alla?” hi wieġbet li temmen u kompliet bil-ħidma tagħha.

Il-koppja ħallset il-kont ta’ $20 u mal kont ħalliet pakkett żgħir indirizzat li wejtress li fih kien hemm miktub biex ma jinfetaħx qabel din tispiċċa mix-xogħol, hekk kif hi lestiet u fetħet il-pakkett sabet $1200 (€1000) tips bil-messaġġ “Alla jieħu hsiebek

Comments

comments