Omm u Missier il-qorti wara li allegatament ikkorrompew sesswalment lil uliedhom

Missier Malti u Omm mir-Rumanija, tressqu l-qorti aktar kmieni illum wara li allegatament ikkorrompew sesswalment liż-żewġt itfal tagħhom.

Il-koppja li tresqed il-qorti separament, instghab fid-dar taghhom aktar minn sebgħin ritratt u filmati indicenti tat-tfal taghhom li ghandhom biss tlett snin u sena u nofs.

Fil-qorti ntqal li fil materjal indicenti li nstab kien jinkludu xeni tat-tfal imissu l-partijiet privati ta’ missierhom u xeni oħra li fihom il-ġenituri jidhru jinħaslu ma’ wliedhom.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tal-partijiet, il-Maġistrat Demicoli, iddeċidiet li f’dan l-istadju mhux prudenti li l-koppja tingħata l-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti ordnat ukoll li għalissa l-ismijiet ta’ l-akkuzati u l-lokalità fejn jgħixu ma jkunux ippubblikati.

Comments

comments