Qed tagħmel sess biżżejjed?

Is-sess huwa suġġett li huma ħafna dawk li juru nteress fih, b’oħrajn jgħidu li ma joqgħodux minajru, imma kemm hu l-ammont ta’ sess li persuna trid tagħmel biex timxi man-norma?

Studju reċenti mill-Istitut Kinsey għar-Riċerka dwar is-Sess, juri li huma diversi l-fatturi li għandhom impatt fuq il-ħajja sesswali tagħna (jew in-nuqqas tagħha)
Meta l-ħajja tkun stressanti u r-relazzjoni tiegħek tkun taħt ħafna pressjoni, dan ma jkun ta għajnuna għall-ħajja sesswali tiegħek bies meta persuna tkun trankwilla, dawn huma ir-riżultati tar-riċerka.

Nies bejn it-18 u d-29 sena qed ikollhom l-aktar sess, b’medja ta’112 att sesswali fis-sena, jew darbtejn fil-ġimgħa, dawk ta’ bejn it-30 u t-39 sena jagħmlu medja ta’ att sesswali 86 darba fis-sena, bl-affarijiet jibdew imajnaw f’dawk li għandhom l-età ta’ bejn l-40 u d-49 sena, fejn fuq medja jirnexxielhom jagħmlu sess madwar 69 darba fis-sena.
In-numru jkompli jonqos jekk ikun hemm kwistjonijiet tas-saħħa jew problemi oħra.

Hekk kif qrajt dan ir-riżultat, Int qed tagħmel Sess Biżżejjed?

Ritratt: Getty

Comments

comments