Il-Marsin iridu lura d-dinjità li jixirqilhom

Ir-residenti fil-Marsa, qed jorganizzaw mixja ta’ Solidarjetà biex iqajjmu aktar kuxjenza dwar il-problemi li hemm fil-komunità.

Meta tkellem ma’ Galaxy105.net, wieħed mil l-organizzaturi tal-mixja qal, “L-appelli li ilhom isiru waqgħu f’widnejn torox, u waqt li nikkundannaw kull tip ta’ razziżmu wieħed ma jistax jinjora il-problema kbira li hemm fil-Marsa. Qed jorganizzaw din il-mixja għax irridu li il-Marsa jerġa’ jkollha id-dinjità li jixirqilha, irridu li uliedna jilgħabu barra u jmorru l-iskola bla biża’, irridu li l-anzjani tagħna joħorġu mingħajr periklu, irridu li l-ġonna u grawnds sportivi jerġgħu lura għand il-Marsin u mhux mimlijin bl-immigranti u l-ħmieġ li jħallu warajhom, irridu aktar ordni u sigurtà fit-toroq tagħna.

Is-sitwazzjoni fil-Marsa sejra mil-Ħażin għal l-għar u b’mod regolari qed tkun fl-aħbarijiet għall-affarijiet negattivi.

Għal dan l-għan ser issir Mixja ta’ Solidarjetà, nhar il-Ħadd 17 ta’ Settembru fid 9:30 ta’ filgħodu. Għall- din il-mixja ser jingħaqad il-Kunsill Lokali Marsa, u ser tingħaqad bi ħġara wkoll il-komunità Ħamruniża li għaddejja mill l-istess tip ta’ problemi, u l-komunità ta’ Raħal Ġdid u l-Floriana.

Radio Galaxy Network qed jagħti s-support sħih lil din l-attività u ħa jkun spalla ma spalla mar residenti tal-Marsa u l-madwar.

Ritratti: Facebook

Comments

comments