Ghedin isejjaħ l-iskwarda finali għall-kontra l-Ingilterra

Il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti, Pietro Ghedin, sejjaħ l-iskwadra finali tiegħu għall-logħba ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Ingilterra, fil-Grawnd Nazzjonali.

Mill-iskwadra inizjali ta’ 23 mħabbra l-ġimgħa li għaddiet, l-attakkant tal-Balzan FC Alfred Effiong ġie sospiż għall-logħba ta’ l-Ingilterra iżda se jingħaqad mal-iskwadra għall-logħba kontra l-Iskozja f’Hampden Park fl-4 ta ‘Settembru.

Id-difensur Michael Johnson, li issa qed jilgħab għal Balzan, kiseb l-ewwel sejħa tiegħu mat-tim Nazzjonali.

Il-goalkeeper Steve Sultana u l-attakkant Lydon Micallef kienu fuq il-lista inizjali ta’ Ghedin, iżda d-duo ta’ Ħamrun Spartans, ma ġewx inklużi fl-iskwadra finali.

Il-kaptan Michael Mifsud, huwa l-plejer bl-aktar esperjenza fl-iskwadra b’125 apparenza.
Fil-logħba f’Webbeley Stadium kontra l-Ingilterra, Malta sofriet telfa ta’ 2-0.

Skwadra Finali

Goalkeepers: Henry Bonello (Valletta FC); Andrew Hogg (Hibernians FC).
Defenders: Andrei Agius (Hibernians FC); Steve Borg (Valletta FC); Ryan Camilleri (Valletta FC); Clayton Failla (Hibernians FC); Michael Johnson (Balzan FC); Sam Magri (Ebbsfleet United); Zach Muscat (US Arezzo); Alex Muscat (Sliema Wanderers FC); Joseph Zerafa (Valletta FC).
Midfielders: Clyde Borg (Floriana FC); Ryan Fenech (Balzan FC); Paul Fenech (Balzan FC); Bjorn Kristensen (Hibernians FC); Luke Gambin (Luton Town); Steve Pisani (Floriana FC).
Forwards: Jean Paul Farrugia (FC Chiasso); Michael Mifsud (Valletta FC); Andrè Schembri (Apollon Limassol).

Ritratt: Paul Zammit Cutajar/MFA

Comments

comments