Paniku hekk kif il-Korea ta’ Fuq sparat missila fuq il-Ġappun

Il-Korea ta’ Fuq qajjmet biżgħat ġodda ta’ konflitt militari, wara li sparati missili ballistiċi li tellgħu fuq it-territorju Ġappuniż qabel ma’ waqgħu fil-baħar.

Il-Ġappun qal li l-missila kienet “theddida gravi u bla preċedent” għan-nazzjon u talbet għal laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU bħala tweġiba.

Il-missili għaddew mit-Tramuntana tal-Ġappun kmieni nhar it-Tlieta u tkissru fi tliet biċċiet qabel ma waqgħu fil-Baħar fl-Oċean Paċifiku.

Il-Missila ġiet sparata mil l-ajruport fil-kapital tal-Korea ta’ Fuq, Pyongyang.

Ritratt: AFP

Comments

comments