Is-sindku ta’ Venezja jordna lill-pulizija jisparaw fuq min jagħjat “Allahu Akbar”

Is-sindku ta’ Venezja, Luigi Brugnaro, ordna lill-Pulizija biex jisparaw fuqmin jinstema’ jagħjat “Allahu Akbar”

Il-Midja Taljana irrapportat li s-sindku Taljan Luigi Brugnaro ddikjara li l-belt ta’ Venezja tiegħu kienet aktar sikura minn Barċellona – fejn 14-il persuna mietu wara li ttajjru minn van il-ġimgħa li għaddiet.

Waqt konferenza f’Rimini, fil-grigal tal-Italja, huwa żvela wkoll l-ordni straordinarja li ta lill-pulizija armata f’waħda mill-attrazzjonijiet turistiċi l-aktar popolari fl-Ewropa.

Brugnaro kien imfaħħar minn delegati meta qal: “B’kuntrast ma ‘Barċellona, fejn ma kinux stabbilixxew protezzjoni, aħna inżommu l-għassa tagħna.”

Comments

comments