Ibrahimovic jerġa’ jiffirma ma’ Manchester United

Zlatan Ibrahimovic ħabbar il-ftehim ma’Manchester United fuq il-paġna Twitter tiegħu, fejn wera lilu nnifsu liebes bħala anġlu jieħu b’idejn ix-xitan.

Il-ftehim ġie finalizzat f’Monaco, fejn id-diriġenti tal-United bħalissa qed joqgħodu qabel il-poloz tal-Uefa Champions League.

l-attakkant ta 35 sena kien weġġa’ l-ligament ta ‘l-irkoppa f’April, iżda wara xhur ta’ riabilitazzjoni qawwija huwa irkupra kompletament.

Ibrahimovic se jsaħħaħ l-għażliet ta’ l-attakk ta’ Mourinho fil-kampanja twila tal-Premier League u Champions League.

Comments

comments