Terremot viċin Malta jinħass min diversi lokalitajiet

Ftit tal-ħin ilu seħħ terremot 4.4 fuq l-iskala Richter viċin ħafna tal-Gżejjer Maltin.

It-theżżiża nħasset f’diversi lokalitajiet b’ħafna kitbu wkoll fuq il-midja soċjali.

L-epiċentru tat-terremot seħħ f’fond ta’ madwar 39 kilometru fil-baħar qrib ħafna ta’ Malta.

F’dawn l-aħħar Jiem kienu rrapurtati diversi theżżiżiet fiċ-ċentru tal-Mediterran.

Comments

comments