Galaxy jniedi l-kampanja “Proud Supporter of Ħamrun Spartans”

Radio Galaxy Network għadu kemm nieda l-kampanja “Proud Supporter of Ħamrun Spartans”

F’dawn l-aħħar snin Galaxy, dejjem offra promozzjoni lil klabb Ħamruniż u propju għall dan l-istaġun nieda din il-kampanja.

Id-direttur ta’ Radio Galaxy Network, is-sur Manuel Chircop qal “sa mil-bidu nett ta’ trażmissjonijiet, Galaxy kien dejjem viċin il-lokalità Ħamruniża b’mod speċjali lejn il-klabb tal-futbol Ħamrun Spartans – Ħa nkomplu nagħtu is-support u l-promozzjoni kollha meħtieġa lil l-iSpartans biex il-partitarji jkunu informati b’dak kollu li jkun għaddej fil-klabb Ħamruniż”

Min naħa l-oħra il-president tal-Ħamrun Spartans, is-sur Gaetano Debattista qal li hu il-pjaċir tiegħu u tal-kumitat li jmexxi li jaraw li aktar entitajiet fil-lokal jaħdmu għall- ġid tal-Ħamrun Spartans.

Bħala parti min din il-kampanja Galaxy ħoloq ukoll Temporary Facebook Photo biex kull Ħamruniż juża tul-dan l-istaġun.

Biddel ri-ritratt tal-profil tiegħek bħala parti mil-kampanja “Proud Supporter of Ħamrun Spartans” Għafas Hawn

Comments

comments